Skip to main content
books with a heart and soul
  • Store
  • About
  • Contact
  • Aspiring Authors
  • Store
  • Konklavi

Konklavi

€12,00
Add to cart  
Konklavi hija kelma oħra flok elezzjoni ta’ Papa. Dan il-ktieb jagħti ħarsa lejn l-aħħar seba’ konklavi li kellha l-Knisja Kattolika fi kważi tmenin sena ta’ storja. L-awtur joffri wkoll xi tweġibiet għal xi mistoqsijiet marbuta mal-Konklavi bl-istil mirqum u rriċerkat li magħruf għalih. Mistoqsijiet li jqumu anke minħabba s-segretezza, is-simboli u s-sens ta’ misteru marbuta ma’ dan l-avveniment, bl-iskop li forsi nneħħu xi ftit ukoll mill-miti u l-ideat żbaljati li wieħed jista’ jkollu. 

Fil-ktieb issib ukoll: tagħrif dwar it-tliet Kardinali Maltin li kellha l-Knisja fl-istorja tagħha, kif San Ġorġ Preca kien iħares lejn il-figura tal-Papa u glossarju estensiv ta’ termini assoċjati mal-konklavi u mal-Papat.

200 paġna

21cm x 14.5cm

ISBN: 978-9918-0-1190-2.

Fuq xewqa tal-awtur Il-qligħ kollu mill-bejgħ ta din il-pubblikazzjoni ser imur b'riżq il-ħidma tal Kċina ta Marta loop.mt/kċina proġett tal-Parroċċi Maltin flimkien mal-Fondazzjoni Alfred Mizzi, li kull sena tipprovdi 50,000 ikla b'xejn lil nies li jsibu ruħhom fil-bżonn.

Cart

Cart is empty.